Saturday, June 04, 2005

FESTA... jew farsa?

Kont qed niekol bicca pizza u nara (u nisma) l-ahbarijiet fuq stazzjon ta' TV. Kien hemm ahbar li laqtini... FESTA tigi mhassra (l-attivitajiet esterni, minbarra l-purcissjoni), minhabba l-GLIED li nqala! (ghandikun kienet festa religjuza!!!)

Ir-rahal naf liema hu... imma mhux importanti ghal dan li nixtieq nghid. Allura dawn il-festi f'xi whud mill-irhula x'inhu l-iskop taghhom? Veru jigu biex jghaqqdu? Hehe koss qed jghixuh sew il-vangelu!! [Jaf ikunu l-istess nies li jikkundannaw il gwerer... u jkunu qed joholqu gwerrer ohra huma fir-rahal taghhom!]

Anqas haqq li r-rahal jiehu isem hazin minhabba dawn li jiehdu gost... li fil-festa jaghmlu li jridu. Meta suppost nuru ahna x'devozzjoni ghandha lejn il-qaddis... naghmlu l-kontra... l-kontra ta dak li ghallem il-qaddis!

Jien ghalija... l-festi ta' barra ma narahomx li l-iskop taghhom hu religjuz.... izda hu aktar socjali... Hu hasra li l-Knisja qed ticcappas ma dawn l-affarijiet!


Il-hasra hija wkoll hi li mal-hazin jehel it-tajjeb!

Minn habibkom

Nicholas