Tuesday, May 10, 2005

Merhba

Merbha F'dan id-djaru virtwali tieghi.

Koss ara kif spiccajna... naghmlu djaru fuq l-internet. Zgur li buznanna tieghi (n-nanna Peppa) ma kienetx qatt tahseb li sa naslu s'hawn

L-idea ta' dan id-djaru gietni mill-website li zort il-bierah: www.guzestagno.com
Importanti li jekk sa tidhlu fiha... itfu l ispeakers... ghax ghandu diska li jekk ikun hemm xi hadd fejnek.. tinkisser ftit (specjalment tfal iz-zghar). Jew tal-inqas affordjaw par headphonesss... halli b hekk tisimghu d-diska u tkunu tafu ghala ghidtilkom biex toqodu attenti. (Thallux id-diska tellfilkom mil-gost li dduru site)

Ghalkemm forsi mall-ideat ta stagno mux f'kollox naqbel... Qbilt f'haga (u f'aktar wkoll) li l-blog ghandu jkun bil-Malti ghax ahna Maltin.

Filwaqt li nselli ghalikom.... tlaqt inkompli nistudja... ghax il-finals fil-qrib... Istra kif jghaddi zmien ghadni niftakar f'meta mort l-ewwel darba l-universita` u kont intlift... U issa waslet il-gurnata li nispicca minn hemm. ..... irrid nibda nahseb fuq ix-xoghol..... nispera li nsib xoghol tajjeb

Nsellmilkom