Wednesday, May 11, 2005

Ghandek hofra fi triq tieghek?

Kif ahna hbieb?

Bhalissa ahna li noqghodu s-Siggiewi jew Haz-Zebbug... qed ikollna problema kuljum biex nivvjaggaw. Gieli jien domt siegha biex nasal l-universita` mid-dar (fejn is-soltu niehu ghoxrin minuta).

U iva pacenzja hux... meta nispicca f'xi traffic nispicca noqod nirrifletti. Nitfi r-radju tal-karozza (li generalment ikun fuq A3Fm... ee bilhaqq ghalaq dak) u noqghod nahseb u nahseb... gieli hsibt fuq meta sa nehles minn dal-istudju... gieli fej sa nohrog fil-weekend u gieli qadt nahseb fuq l-istess toroq li qed jigu rranggati.

Ma nafx inthomx tinnuttaw bhali... Dan l-ahhar qed ninnotta li xoghol miexi b'ritmu mghaggel. Fejn qabel triq iddum biex issir... f'dawn l-ahhar gimghatejn qed jithaffef il-pass.. Forsi saqsuni... u wejja COME ON toqghodx tgerger.... u le mhux ha ngerger.... imma jien ghamilt 1 + 1 ghax xi xahar ilu smajt: li f'nofs Mejju gej il-President Taljan (Campi jew x kunjomu... jekk qed taqra skuzani siehbi.... u le dak ma jafx bil Malti...) u huwa sa jitfah uhud mit-toroq (biex xieraq wara li tawna l-flus!!). Allura jien ghaddili minn mohhi li qeghdin jaghgglu dan l-ahhar biex b'hekk la jigi l-President Taljan jkollna toroq jidhru sbieh u hekk.... IMMA stenna hoj....... Nispera li f'din l-ghagla ma naghmlux froga... in-Nanna Peppa kienet tghid: l-qattusa l-ghaggilija frieh omja taghmel!!!

Nispera li veru dawn it-toroq iservu 25 SENA (u aktar) ..... u sa fl-ahhar ma nibqghux inkissru shockabsorbers tal-karozza..... jew nghawgu xi rim (bhal tal karozza tieghi )


Nsomma ikkummentaw kemm tridu basta... bi kliem xieraq!!!!

4 Comments:

Anonymous Anonymous said...

Ismani siehbi,

Naf li int poetiku u andek qalbek ta wiehed espressiv, imma la Dun Karm, la Shakespeare u qas Ruzar Briffa qatt ma uzaw L-iNternet Ghal-poeziji, dejjem marru xi barrakka jew hekk.

PS Jekk trid ma taqax down u ma tghidx li hadd ma japprezza ix-xoghol tieghek, ghid lin-nanna Pepp, dik tiehu pjacir bik zgur.

Siehbek li jridlek il-Gid
Joeaby!

8:25 pm  
Blogger Nicholas Schembri said...

LOl
dak ghax bhalissa ghaddej minn zmien li hemm bzonn li nizvogga... (habba l exams) allura qed nuza t-terapija tal BLOGGER :) :) :)


Thanks

Nicholas

8:37 pm  
Anonymous Anonymous said...

Malta qedin Kol... certu BULLSHIT ikollok tistennieh!!!

8:45 pm  
Anonymous Anonymous said...

taf x'naf? li allura certi nies (mhux ha nghid min) ma jaghtux kas l-gid tal-poplu in generali, imma buthom.
Ghax la meta kellu jigu Ciampi x-xol tghaggel, u issa regaw qishom mixjin fuq sieq wahda (biex ma nghid xejn hehe) xi haga tinten tista tinxtam.
J'alla jlestuhom qabel 25 sena ohra, u j'alla jservu mqar 10 snin (naqa pessimist imma Malta, Malta tibqa f'certi affarijiet inkluzi t-toroq)
God bless People. Prosit nick

12:32 pm  

Post a Comment

<< Home