Saturday, June 04, 2005

FESTA... jew farsa?

Kont qed niekol bicca pizza u nara (u nisma) l-ahbarijiet fuq stazzjon ta' TV. Kien hemm ahbar li laqtini... FESTA tigi mhassra (l-attivitajiet esterni, minbarra l-purcissjoni), minhabba l-GLIED li nqala! (ghandikun kienet festa religjuza!!!)

Ir-rahal naf liema hu... imma mhux importanti ghal dan li nixtieq nghid. Allura dawn il-festi f'xi whud mill-irhula x'inhu l-iskop taghhom? Veru jigu biex jghaqqdu? Hehe koss qed jghixuh sew il-vangelu!! [Jaf ikunu l-istess nies li jikkundannaw il gwerer... u jkunu qed joholqu gwerrer ohra huma fir-rahal taghhom!]

Anqas haqq li r-rahal jiehu isem hazin minhabba dawn li jiehdu gost... li fil-festa jaghmlu li jridu. Meta suppost nuru ahna x'devozzjoni ghandha lejn il-qaddis... naghmlu l-kontra... l-kontra ta dak li ghallem il-qaddis!

Jien ghalija... l-festi ta' barra ma narahomx li l-iskop taghhom hu religjuz.... izda hu aktar socjali... Hu hasra li l-Knisja qed ticcappas ma dawn l-affarijiet!


Il-hasra hija wkoll hi li mal-hazin jehel it-tajjeb!

Minn habibkom

Nicholas

6 Comments:

Anonymous Anonymous said...

vera, ghandek ragun. il festi saru artificjali wisq. u s sitwazzjoni hi aghar f dawk il postijiet fej jiccelebraw iktar minn festa wahda...ghax hemm jidhlu l piki imbaghad.

Steph

9:18 pm  
Anonymous Anonymous said...

Gheziez Hbieb!

L-ewwelnett nifrahlek tas-sit interessanti Kol! Nawguralek ukoll kull success fl-ezamijiet!

Bhala dilettant kbir tal-festi ma nistax ma nikkummentax fuq dak li gara fi tmiem din il-gimgha f' rahal partikolari. Minhabba l-injoranza tal-ftit, thassret il-festa. U mal-festa thassret il-paci, thassru l-attivitajiet, u min jaf kemm intilfu mpenji: bhalma huma l-muzicisti, dawk dilettanti ta' l-armar, dawk dilettanti tan-nar li sena wara l-ohra jduru minn rahal ghal iehor biex jammiraw l-unicita` li kull rahal ghandu ghall-festa/i tieghu. Ix-xewqa tieghi hi li l-ewwelnett, QATT u QATT iktar ma jsehh glied IMKIEN, ahseb u ara f' festi religjuz!

F' kaz li dan isehh, allura nemmen li l-Kurja ma ghandhiex tikkundanna lill-festa partikolari. Ma narax raguni ghaliex il-festa ghandha tigi mhassra sempliciment ghax kien hemm xi mgienen li ma gharfux kemm tinvolvi xoghol u impenji l-festa, ghax li kieku gharfu ZGUR ma kienux jaqilghu l-inkwiet!!! Min ser ikun responsabbli ghal dawk li kienu maqlughin biex idoqqu l-baned, u s-servizz li tilfu l-muzicisti, jew min ser ikun responsabbli f' kaz li n-nar li ma nharaqx jiehu u jwegga' lin-nies? (biex ma nghidx joqtolhom)

Nahseb ahjar li qabel ma jittiehdu certi decizjonijiet jigu studjati sew!!

Grazzi
Mhux ghax nibza', imma ahjar nibqa' anonimu!!

12:11 am  
Anonymous Anonymous said...

Ha nistaqsi haga jien mela. GHALFEJN IL-KURJA TRID TIBQA IDDEFFES IMNEHIRHA FIL-FESTI TA'BARRA??? Safejn naf jien dawk f'idejn il-pulizija qeghdin.

FORZA INTER!!! LAZIO MERDA!!!

(Il-festa li jmiss nittama li tkun quddiem l-INTER Club Malta nhar il-15 ta'Gunju wara il-final tal-Coppa Italia)

11:27 am  
Anonymous Anonymous said...

Ara naqra x' ghandu x' jaqsam il-futbol mal-Festi!! Almenu bil-festi tiehu xi haga... tara n-nar li hdimt jinharaq b' success, tara l-armar jizdied, tara l-festi interni jqnaqluk ecc.....

Imma l-futbol x' ghandu x' jaqsam ma' dan kollu? Ahna naghmlu l-festa b' sodisfazzjon ghax niccelebraw is-successi li ad unur il-Patrun/a nkunu lhaqna matul is-sena. Imma l-futbol ticcelebra biss, ma ghandekx raguni. tghidli ghax irbahna.... ijja ghandek punt.... prosit!! x' ghamilt int bergomi biex gie dan is-success?

Isma' minni u ma nhaltux il-hass mal-kabocci (censura tal-kelma l-ohra)... jekk jinqala' l-kaz li nitkellmu fuq il-futbol naghmlu dan bil-qalb kollha, imma l-kumment tieghek kien banali hafna f' suggett tant serju

Grazzi u nselli ghalik!

11:26 am  
Anonymous Anonymous said...

Kemm hadt gost nara l-festa taz-Zejtun: Partitarji tal-Banda Zejtun u partitarji tal-Banda beland jiccelebraw flimkien. Li kieku kulhadd jiehu l-ezempju taz-Zwieten, verament li f' malta l-festi jsiru mument ta' ghaqda bejn kulhadd. Prosit gheziez Zwieten, u l-kumpalment tac-Centinarju Katarinjan mill-aqwa!!

Nixtieq nawgura lil kulhadd l-isbah xewqat ghall-festa li qed jiccelebra fil-lokal tieghu. Bhala habib tieghek, nixtieq nawgura lilek u lis-Siggiwin kollha l-isbah awguri ghall-festa t-tajba biex fiha taghtu gieh lil Alla u qima lil San Nikola patrun taghkom. Awguri biex tkun verament festa li taghmel unur lilkom is-Siggiwin u lil Maltin kollha.

1:27 pm  
Anonymous Anonymous said...

Insellem minn qalbi lill-vittmi tal-Kamra tan-nar ta' San Guzepp f' Haz-Zebbug. Dawn l-eroj u martri ghall-festa jisthoqqilhom l-akbar ammirazzjoni u l-akbar tifhir, li ma bezghux jiffacjaw il-mewt biex jahdmu volontarjament ghall-festa.

Nitolbu biex il-Mulej u San Guzepp, li ghal gieh il-festa tieghu ssograw hajjithom, jaghtuhom ilkoll il-mistrieh ta' dejjem u l-glorja misthoqqa tal-Genna, kif ukoll biex jaghtu s-sabar lill-familjari taghhom. Min-naha l-ohra, nitolbu biex il-feruti l-ohrajn ma jdumux ma jirkupraw u anke jinsew it-trawma li ghaddew minnha fil-hin ta' l-ispluzjoni.

Tislijiet huti delettanti u nitolbu ghal xulxin!! Kif qeghdin hemm selluli ghal San Pietru!

3:14 pm  

Post a Comment

<< Home