Thursday, July 07, 2005

Murtali tal-Festa

Qed nikteb fil-hin li tnejn minn hutna qed jigu midfuna. Nies li jahdmu sena shiha biex jippreparaw biex fil-gimgha tal-festa niehdu gost u jimlew il-festa b'naqa kulur. Hafna minnkom qed jghidu: Mhux ahjar nwaqqfu n-nar tal-festi...... halli ma jkollnix dizgrazzji?

Jien ma naqbilx ma din l-opinjoni... izda naqbel aktar kieku l awtoritajiet jenfasizzaw aktar fuq is-safety f'dawn il-kmamar. Barra minn Malta jezistu wkoll kmamar tan-nar! Min jaf forsi barra minn Malta jezisti aktar safety?


Filwaqt li nuri soghba ma l-familji ta' dawn iz-zewg persuni li mietu u dawk kollha li wegghu. Nheggeg biex ilkoll napprezzaw ix-xoghol ta' dawn in-nies u fl-istess hin nhegeg lil awtoritajiet li jghattu aktar kaz biex fil-kmamar tan-nar ikun hemm hafna aktar safety. Nheggeg ukoll lil haddiema kollha ta dawn il-kmamar biex waqt ix-xoghol jinsew il-pika. Jigifieri jekk jafu li dis-sena ma jistghux ilahhqu ma kemm kellhom nar tal-Kamra aversarja alihom ma jippruvawx jghagglu biex jilhquhom ax kif jghid il-Malti il-qattusa l-ghaggilija......


Minn habibkom

Nicholas

2 Comments:

Anonymous Anonymous said...

Ergajt jien! Ma nistax bhala dilettant kbir tal-festi u ta' l-arti tal-piroteknika sa minn ckuniti ma nikkummentax fuq dan l-artiklu. Prosit ghaziz Nicholas... artiklu tajjeb hafna. Jekk tippermettili nixtieq inzid xi affarijiet komplimentari ghal dak li ghedt inti...

Min jilghab man-nar jinharaq! Hekk jigri meta minhabba xi raguni jew ohra, kultant accidentali, kultant b' negligenza ttir xi kamra tan-nar, u maghha jtiru tant igsma innocenti. Xorta wahda... hi x' inhi r-raguni li jtiru l-kmamar tan-nar, kull min ihalli hajtu ghal xi festa hu EROJ! hu MARTRI! Iva, nitnikket nara huti delettanti jhallu hajjithom ghall-festa! Imma aktar nitnikket meta minflok jintwerew ir-rispett li jisthoqqilhom, jibdew il-battibekki li n-nar ghandu jieqaf! Iva, ghandu jsir aktar solveljar, u aktar responsabbilta`. Imma billi nghidu dan kollu, ser ingibu xi individwu milli miet lura?

Jien ma jinteressanix x' kien li wassal ghall-incidenti kollha, mill-ewwel wiehed, sa dak li sehh nhar it-Tnejn f' Wied Qirda... ma jinteressanix li nkun naf x' kien li wassal biex tnejn minn huti delettanti jinsabu hdejn il-Mulej. Ma jinteressanix inkun naf x' kien li wassal ohrajn biex jinsabu mwegghin, jew il-familjari li jinsabu mnikkta, u tant ghandhom ragun!!

Li jinteressani hu li dawn l-individwi, bl-imhaba infinita lejn il-festa tar-rahal, huma EROJ u MARTRI, ghax issagrifikaw hajjithom. U bix-xieraq li thassret il-festa bhala rispett lejhom, ghax huma hadmu tul hajjithom ghal din il-festa!

Grazzi! Grazzi nghidilkom huti delettanti! Grazzi tas-sagrificcji kollha li ghamiltu tul hajjitkom biex tkabbru l-festa! Prosit ta' dak kollu li ghamiltu. Ghamiltu bizzejjed, issa thennew mis-sema fejn taraw tahtkom l-arti tal-piroteknika u ammiraw lil dawk kollha li ghallimtu intom biex ikabbru l-festi permezz ta' l-arti tal-piroteknika.

Iva, il-Mulej isabbar lill-familjari taghkom, u intom minn fejn intom, itolbu ghalina biex waqt ix-xoghol taghna b' risq il-festi Maltin naghtu kas sahhitna wkoll, u ma nintilfux fil-passjoni zejda, u b' hekk ngharrqu hajjitna, u hajjet il-familjari u l-qraba taghna.

Grazzi ta' kollox mill-gdid!!

5:17 pm  
Anonymous Anonymous said...

I like this site! Thanks for admin!
- xkembrinu.blogspot.com t
07 car civic honda
buy used car
car undefined used
used car bergen
used car oakland
used car greensboro
used car raleigh
used car killeen
used car vallejo
used car tacoma

11:47 pm  

Post a Comment

<< Home