Saturday, May 21, 2005

Il-Lejla l-Eurovision... tghid sa jigri bhas-soltu?

Fadal xi siegha u nofs biex jibda l-Eurovision u bdejt nsaqsi ftit mistoqsijiet:

1) Jekk nigu l-ewwel..... fejn sa naghmluh il-Eurovision... ghanda flus bizzejjed? il-pajjiz jiflah dawk l-ispejjez?
2) Jekk nigu t-tieni..... sa naghmlu bhal ma ghamilna meta giet tieni Ira u kull stazzjon jgib live dirett mill-airport lil Chiara tasal Malta?


u jekk nigu mir-4 l-fuq sa naghmlu bhal kull sena.... l-Pajjiz (hafna min nies) jaqa down... u hafna jibdew jghidu: "Ma rbahniex ghax kulhadd jivotta l-girien", "Ghax kellha libsa kerha..." "Ghax ghaddiet dubbiena x'hin kienet qed tkanta Chiara..."

Il-Problema ta kull sena hi li nemmnu hafna fina nfusna.... u jekk ma nirbhux nistghu naslu biex nghidu: "Ma nehdux sehem sena ohra!" ..... din ghalija tfisser li qisek tiehu sehem ghax tirbah.....

Stenn! bilhaqq.... jekk Chiara ma tigix l-ewwel... ara ma ninsewix ta.... kantanta b'vuci sabiha bhal dik ghandha nehhulha l-kappell... Imma sfortunatament...... minn ma jigix mal ewwel hamsa ... qisna ninsewh!

U le nahseb kont wisq negattiv llum... imma xtaqt naqsam maghkom x'kont qed nahseb jin

Minn ghand habibkom

Nicholas

Sunday, May 15, 2005

Il-Grecja sa tirbah Eurovision?

Kif ahna hbieb?

Nhar il-Gimgha rajt siltiet minn Xarabank u llum rajt ftit minnu ghalkemm ma tantx kelli cans habba l-istudju.

Ogghobni kif Chiara tiehu pjacir bl-isfidi u qallet: "fej ma jkunx hemm sfidi nintellaq". Nahseb hija verita` l-hajja minghajr sfidi ma hi xejn.

Veru sa jkollha sfida mill-Grecja, mill-bets li rajt fuq l-internet Malta hemm cans li tigi 5 jew 6 post... ghalkemm ma tistax tghid. Jien nahseb li l-ahjar lil Grecja ma nivvutawlhomx fit-televoting biex forsi jkollna aktar cans li nirbhu... veru li suppost tivvotta lil min hu favorit tieghek... imma hek inkella kif kienet tghid il-buznana tieghi n-nanna Peppa: "nwaqqghu il-gebla fuq saqajna!!"

Minn habibkom
Nicholas

Friday, May 13, 2005

Id-Dar tal-Providenza ghandha bzonn l-ghajnuna taghna! (2)

Jien u gej mill-universita` qghadt inqalleb l-istazzjonijiet tar-radju... u f'hin minnhom ghamiltu-Calypso (101.8) u nisma lil Enzo jaqra l-Sms...

Persuna li baghat l-smss qal suggeriment liz-zewg partiti l-kbar, biex jigbru l-flus ghad-dar tal-Providenza (ezatt kif jien ghidt il-bierah!). Din il-persuna ipproponiet is 7 ta' Gunju... nahseb hija idea tajba.

Ghalkemm bhallissa z-zewg partiti aktar mohhom (skond kif nahseb jien!)... dwar il-kostituzzjoni Ewropeja!.... Tal-inqas juruwna li jemmnu f'valuri sodi

Min jaf kieku dakinhar tal-Eurovision.... tal-Maltacom/Maltatel (il kumpanija l-gdida ta' telefons joholqu zewg numri ta telefons... biex jigbru l-flus ghad-dar tal-Providenza.... u TVM igib dawn in-numri fuq l-iscreen waqt li jkun qed ixanndar il-Eurovision....

Tinsewx, dakinhar madwar 90% skond kif jghidu (ghalkemm ghandi dubbji jien) tal-popolazzjoni jaraw il-Eurovision!

Nsomma dawn ideat tieghi ux

Minn habibkom

Nicholas

Thursday, May 12, 2005

Id-Dar tal-Providenza... ghandha bzonn l-ghajnuna taghna!

Illum ma stajtx ma nikkumentax dwar dak li qrajt f'www.di-ve.com fl-artiklu bl-isem ta': Dar tal-Providenza reveals financial woes .

Minn dan l-artiklu sirt naf li din id-dar ghaddejja minn problema serja ta' finanzi. (Zgur li mhux tort tal-haddiema u l-istaff... ghax veru jaghmlu xoghol sew)

Min jaf kieku.... z-zewg Partiti l-kbar (u ghaliex le... anke l-AD) jinghaqdu l-lkoll flimkien u bis-sahha tal-media taghhom jaghmlu maratona ta gbir. Ezempju Marathona ta 24 siegha.... Meta ridu jigbru flus ghalihom (ghall-partit taghhom) ... gabru billi ghamlu Maratohoni.

Jien nahseb li kieku n-nies taghti aktar bil-qalb... ax jaraw okkazzjoni li fiha naraw lil Gonzi u l-Fredu minflok "jiggieldu" ma xulxin... ikunu qed jaghmlu xi haga tajba... u jaghtuna ezempju. Barra minn hekk juruna bil-Fatti x'valuri ghandhom!!!

Imma stenn... Ahna (ahna l-poplu ingenerali) ukoll irridu niftakru... li d-Dar tal-Providenza ma tezistix biss fil-granet tal-Milied (meta jsiru diversi kampanji biex jingabru flus ghal din id-dar)..... Id-Dar tal-Providenza qieghda hemm is-Sena kollha!!!

Allura siehbi... tinsijix dik id-Dar pls

Minn habibkom
Nicholas

Wednesday, May 11, 2005

Ghandek hofra fi triq tieghek?

Kif ahna hbieb?

Bhalissa ahna li noqghodu s-Siggiewi jew Haz-Zebbug... qed ikollna problema kuljum biex nivvjaggaw. Gieli jien domt siegha biex nasal l-universita` mid-dar (fejn is-soltu niehu ghoxrin minuta).

U iva pacenzja hux... meta nispicca f'xi traffic nispicca noqod nirrifletti. Nitfi r-radju tal-karozza (li generalment ikun fuq A3Fm... ee bilhaqq ghalaq dak) u noqghod nahseb u nahseb... gieli hsibt fuq meta sa nehles minn dal-istudju... gieli fej sa nohrog fil-weekend u gieli qadt nahseb fuq l-istess toroq li qed jigu rranggati.

Ma nafx inthomx tinnuttaw bhali... Dan l-ahhar qed ninnotta li xoghol miexi b'ritmu mghaggel. Fejn qabel triq iddum biex issir... f'dawn l-ahhar gimghatejn qed jithaffef il-pass.. Forsi saqsuni... u wejja COME ON toqghodx tgerger.... u le mhux ha ngerger.... imma jien ghamilt 1 + 1 ghax xi xahar ilu smajt: li f'nofs Mejju gej il-President Taljan (Campi jew x kunjomu... jekk qed taqra skuzani siehbi.... u le dak ma jafx bil Malti...) u huwa sa jitfah uhud mit-toroq (biex xieraq wara li tawna l-flus!!). Allura jien ghaddili minn mohhi li qeghdin jaghgglu dan l-ahhar biex b'hekk la jigi l-President Taljan jkollna toroq jidhru sbieh u hekk.... IMMA stenna hoj....... Nispera li f'din l-ghagla ma naghmlux froga... in-Nanna Peppa kienet tghid: l-qattusa l-ghaggilija frieh omja taghmel!!!

Nispera li veru dawn it-toroq iservu 25 SENA (u aktar) ..... u sa fl-ahhar ma nibqghux inkissru shockabsorbers tal-karozza..... jew nghawgu xi rim (bhal tal karozza tieghi )


Nsomma ikkummentaw kemm tridu basta... bi kliem xieraq!!!!

Tuesday, May 10, 2005

Merhba

Merbha F'dan id-djaru virtwali tieghi.

Koss ara kif spiccajna... naghmlu djaru fuq l-internet. Zgur li buznanna tieghi (n-nanna Peppa) ma kienetx qatt tahseb li sa naslu s'hawn

L-idea ta' dan id-djaru gietni mill-website li zort il-bierah: www.guzestagno.com
Importanti li jekk sa tidhlu fiha... itfu l ispeakers... ghax ghandu diska li jekk ikun hemm xi hadd fejnek.. tinkisser ftit (specjalment tfal iz-zghar). Jew tal-inqas affordjaw par headphonesss... halli b hekk tisimghu d-diska u tkunu tafu ghala ghidtilkom biex toqodu attenti. (Thallux id-diska tellfilkom mil-gost li dduru site)

Ghalkemm forsi mall-ideat ta stagno mux f'kollox naqbel... Qbilt f'haga (u f'aktar wkoll) li l-blog ghandu jkun bil-Malti ghax ahna Maltin.

Filwaqt li nselli ghalikom.... tlaqt inkompli nistudja... ghax il-finals fil-qrib... Istra kif jghaddi zmien ghadni niftakar f'meta mort l-ewwel darba l-universita` u kont intlift... U issa waslet il-gurnata li nispicca minn hemm. ..... irrid nibda nahseb fuq ix-xoghol..... nispera li nsib xoghol tajjeb

Nsellmilkom